This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

At The Science Lab

Fil-laboratorju tax-Xjenza: L-għalliema tax-Xjenza u l-Esperiment tal-Fiżika “Il-Lab Book għalissa m’aħniex se nużawh. Tajjeb? Hawnhekk għandkom ix-sheets llli se nkunu qed nużaw.”

L-għalliema issa teqleb għall-Ingliż - (billi l-eżamijiet tax-Xjenza jsiru bl-Ingliż f'Malta, jekk inrawmu l-lingwa Ingliża fl-iskejjel, l-istudenti se jsibuha aktar faċli biex jesprimu ruħhom. Fil-fatt Malta għandha maġġoranza tal-kelliema bilingwali...) “That is the set-up that you are expected to put up. You have the stand, your clamp, your ruler, your weights, and your spring. And that is the way you are going to set up your experiment. These are the worksheets which will help you in your write-up. First, we are going to fill in the worksheets. After you fill in the worksheets, we start doing the write-up together. You have one lesson to finish your worksheets.”

Il-Klassijiet tal-Judo u d-Drama L-istudenti f'din l-iskola jieħdu sehem f’attivitajiet extra-kurrikulari varji inklużi l-Judo u d-Drama. Dawn it-tfal qed jitħejjew għat-talent shows tal-Milied. Kull sena, ’il fuq minn 150 student jipparteċipa fl-attivitajiet bħall-Kunċert tal-Milied, It-Talent Show, Prize Day, u l-kompetizzjoni tal-Presepji. Fil-Judo inti trid tikkordina ġismek ma’ ta’ ħaddieħor ukoll għaldaqstant tiżviluppa aktar bilanċ, konċentrazzjoni u aġilità. Il-Judo huwa sport ta' kuntatt li jrawwem: fiżikament – il-bilanċ, il-koordinazzjoni, l-effiċjenza tal-moviment, il-ħiliet ta' self defence, u mentalment - kunfidenza fihom infushom, ir-rispett id-dixxiplina u karattru sod. L-isport tal-Judo huwa uniku għax jgħallem is-self defence bla ma jweġġa’ lil ħadd.

Fil-Librerija Hawnhekk qed naraw l-Avviżi man-Notice Board tal-Librerija. It-tfal jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-Kartolini u l-kompetizzjoni tal-Presepji tal-Milied. Barra minn hekk, twaqqaf ukoll Kunsill tat-tfal tal-iskola. Shhhhh....ittellfuhomx. Dawn it-tfal ġew hawnhekk biex isibu s-skiet, ħalli jagħmlu l-homework!

Short url:   http://multidict.net/cs/1226