This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Terminoloġija

Tul il-manwal, sibna li hu neċessarju li nirreferu għal-lingwa li hi użata fl-iskola/fil-klassi, u l-lingwa li hi immirata mil-lezzjoni tal-CLIL.

Fl-aħħar 10 snin, l-Ewropa kissret il-fruntieri u żiedet aktar stati membri. Il-mobiltà u immigrazzjoni tras-border hija komuni. Barra minn hekk, l-influss tar-refuġjati u l-immigranti rriżulta fil-klassi tipika Ewropea li hi ambjent multinazzjonali li jikkonsisti fi studenti b’abiltajiet plurilingwi.

Tradizzjonalment, il-lingwisti u l-għalliema tal-lingwa kienu jirreferu għal-lingwa nattiva jew l-lingwa omm bħala L1, u kull lingwa barranija li tiġi studjata bħala L2. Fiż-żmien taċ-ċaqliq fl-Ewropa u l-immigrazzjoni, dawn it-termini qegħdin jintilfu.

Meta wieħed jirreferi għal-lingwa mitkellma fil-pajjiż fejn isir l-istudju bħala l-lingwa nattiva jew il-lingwa omm, din ma tikkunsidrax l-immigranti, il-minoritajiet etniċi u l-ilsna nattivi. Aħseb pereżempju, fil-każ ta’ Etijopjan f’Ruma, Bosnijaku f’Malta, Tork fil-Ġermanja jew Katalan f’Barċellona, Welshman f’Wales, jew Skoċċiż jew Irlandiż jitkellmu l-verżjoni tagħhom taċ-Ċeltiku. Bl-użu tat-terminu L1 wieħed jinjora l-ewwel lingwa tagħhom. U xi ngħidu għall-istudenti bilingwi, bħal ma nsibu f’Malta u fl-Isvizzera? Il-lingwa studjata tista’ tkun anke l-lingwa uffiċjali ta’ pajjiżhom.

Barra minn hekk biex jiżdiedu d-diffikultajiet, l-użu tal-Ingliż bħala lingwa globali wassal biex ħafna pajjiżi jgħallmu l-Ingliż bħala parti mill-kurrikulu. L-Ingliż issa sar obbligatorju f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej, u għalhekk ma tiġix ikkunsidrata bħala ‘lingwa barranija’, imma t-tieni lingwa.

Wara ftit ħsieb bir-reqqa, iddeċidejna li nużaw it-termini L1 (għal-lingwa omm) u L2 (il-lingwa barranija), u tul il-manwal se nużaw dawn it-termini:

Għal-lingwa li hi użata fil-klassi se nużaw it-terminu SchoolLinguaFranca(SLF)bħala l-lingwa li se titgħallem, taħdem u tikkomunika biha l-klassi.

Għal dik il-lingwa li hi mmirata li tkun mgħallma flimkien mal-kontenut, se nużaw it-terminu TargetedLanguage(TL)jewAdditional Language(AL).Dawn it-termini se jintużaw bħala sinonimi.

L-Istruttura tal-Gwida

Short url:   http://multidict.net/cs/2563