This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

1. L-Ewwel Kapitlu: Introduzzjoni għal CLIL

1.1. Il-Progress ta’ CLIL

It-terminuContentandLanguageIntegratedLearning(CLIL)kien imniedi fl-1994 flimkien mal-Kummissjoni Ewropea. Din segwiet diskussjoni fl-Ewropa mmexxija minn esperti fil-Finlandja u l-Olanda dwar kif jista’ jiddaħħal it-tagħlim tal-lingwa, li jinsab f’ċerti skejjel, fl-iskejjel tal-gvern u l-kulleġġi.

F’dak iż-żmien, it-tnedija ta’ CLIL kienet kemm politika kif ukoll edukattiva. ‘Il-motivatur politiku kien ibbażat fuq viżjoni li l-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea teħtieġ livelli ogħla ta’ kompetenza fil-lingwi magħżula dak iż-żmien. Il-motivatur edukattiv, influwenzat minn inizjattivi bilingwi bħal Kanada, kien li jiddisinja u jadatta l-lingwa eżistenti li qed tgħallem biex tipprovdi studenti b’livelli ogħla ta’ kompetenzi’ Marsh(2012).

Issa, madwar għoxrin sena wara, il-kunċett tal-CLILreġa’ deher u mhux biss biex jittejjeb l-aċċess għal lingwi oħra, imma biex ikun hemm eżerċizzji innovattivi fil-kurrikulu.

CLILbeda jiġi aċċettat fil-pajjiżi Ewropej. Fil-fatt, f’xi pajjiżi, hemm għalliema li huma mitluba jużaw CLIL fil-klassijiet tagħhom. It-tendenza tidher li CLIL se jintuża aktar fil-futur f’ħafna mill-pajjiżi fl-Ewropa.

 

1.2. X’inhu eżatt CLIL?

Definizzjoni:

“CLILhuwa approċċ edukattiv fejn lingwa oħra hija użata għat-tagħlim u l-għarfien kemm tal-kontenut u anke tal-lingwa.”(EuroCLIC1994)

F’termini aktar faċli, CLIL tintegra t-Tagħlim tal-Kontenut u t-Tagħlim tal-Lingwa. Bl-użu ta’ CLIL, l-istudenti jitgħallmu wieħed jew aktar mis-suġġetti tal-iskola bil-lingwa immirata, ħafna drabi l-Ingliż, imma xi drabi b’lingwa oħra bħala t-tieni lingwa. L-istudenti mhumiex mistennija li jkunu profiċjenti fil-lingwa l-ġdida qabel ma jibdew jistudjaw. Huma jitgħallmu l-lingwa li għandhom bżonn biex jistudjaw fl-istess ħin li qegħdin jitgħallmu s-suġġett.

Permezz ta’ CLIL, it-tagħlim tal-kontenut u tal-lingwa huma importanti l-istess. It-tnejn li huma huma suġġetti importanti għall-istudenti, u huma żviluppati u integrati bil-mod imma regolari. Maż-żmien, l-istudenti jitgħallmu kemm il-kontenut u anke l-lingwa l-ġdida, jekk mhux aħjar, minn studenti li jistudjaw il-kontenut u l-lingwa fi klassijiet separati.

CLIL jinvolvi bidla tal-fokus fil-klassi. Meta l-għalliema jużaw l-ischool lingua franca (SLF) biex jgħallmu, jistgħu jgħidu lill-istudenti dak kollu li jriduhom ikunu jafu, u l-istudenti jkunu jistgħu jifhmuhom. Madankollu, meta jgħallmu s-suġġett tagħhom bl-użu ta’ lingwa ġdida, dan ma jkunx possibbli. Minħabba dan, iridu juru lill-istudenti kif ifittxu l-informazzjoni huma stess, u kif jaħdmu u jitkellmu flimkien biex jiskopru ideat ġodda, biex l-użu tal-lingwa jsir parti mill-proċess tat-tagħlim. Fi kliem ieħor, l-għalliema jridu jibdlu l-metodoloġija tagħhom, u jsibu metodi oħra kif jgħinu lill-istudenti jitgħallmu.

Billi tagħmel dan, l-għalliema tipprepara studenti żgħar għad-dinja moderna, fejn in-nies jaħdmu fi gruppi, jużaw lingwi oħra biex jitkellmu ma’ kollegi oħra u biex jikkomunikaw ma’ nies f’pajjiżi differenti. Huma mistennija jsolvu problemi, jippjanaw xogħolhom u jsibu affarijiet oħra bl-użu ta’ firxa ta’ sorsi, speċjalment l-internet.

Għalhekk, CLIL, huwa ddisinnjat biex jipprepara lill-istudenti għall-futur. Dan jipprovdi l-ewwel pass għat-tagħlim u fehim b’mod indipendenti.

1.3. L-Elementi ta’ CLIL

 Ioannou Georgiou, S and Pavlou, P (2011) jgħidu li CLIL għandu tliet karatteristiċi ewlenin;

a)It-tagħlim ta’ lingwa oħra (AL) hija integrata f’suġġetti ta’ kontenut bħax-xjenza, l-istorja u l-ġografija. L-istudenti jitgħallmu l-lingwa immirata fejn il-kontenut huwa ffaċilitat.

b) CLIL għandu l-oriġini tiegħu f’kuntesti soċjo-lingwistiċi u politiċi u CLIL jirrelata ma’ kull lingwa, età u livell ta’ edukazzjoni minn qabel il-primarja, il-primarja, is-sekondarja, edukazzjoni ogħla sa vokazzjonali u tagħlim professjonali. F’dan is-sens, CLIL iwieġeb għall-proposta tal-programm tal-Unjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni tul il-ħajja għaċ-ċittadini kollha, fejn il-multilingwaliżmu u multikulturaliżmu huma maħsuba li jippromwovu l-integrazzjoni, il-fehim u l-mobbiltà fl-Ewropej.

c)   CLIL huwa approwċ li jinvolvi l-iżvilupp ta’ ħiliet soċjali, kulturali, konjittivi, lingwistiċi, akkademiċi u ħiliet oħra, li min-naħa l-oħra jiffaċilita dak li jiġi akkwistat kemm fil-kontenut u kemm fil-lingwa. (cf Mehisto et al 2008: 11-12).

Short url:   http://multidict.net/cs/2564