This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

2. Għaliex CLIL?

Raġuni importanti għall-introduzzjoni tal-CLIL hija li tgħin is-settur edukattiv biex jipprepara lill-istudenti tal-lum għad-dinja tax-xogħol tal-lum, u ta’ għada. Iż-żgħażagħ iridu jkunu kapaċi jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi differenti minn dawk li kellhom il-ġenituri u n-nanniet.

Għall-parti l-kbira mis-seklu għoxrin, is-sett ta’ ħiliet meħtieġa għall-ħaddiema kienu aktar faċli minn tal-lum. L-iskejjel kienu jippreparaw lill-istudenti tagħhom għax-xogħol billi jgħallmuhom jiktbu u jaqraw u jaħdmu s-somom, billi jagħtuhom informazzjoni dwar id-dinja li għexu fiha, u billi jħarrġuhom f’ħiliet prattiċi bħat-typing, it-tisjir u l-keep fit. L-istudenti kellhom jidraw jimxu ma’ rutina regolari, jiftakru l-informazzjoni u jimxu mal-ordnijiet.

B’kuntrast ta’ dan, aħseb biex tipprepara lill-istudenti għax-xogħol fid-dinja moderna. Liema ħiliet nistennew li jkollhom il-ħaddiema tal-lum u ta’ għada?

Iridu jkunu indipendenti u flessibbli meta u kif jaħdmu. Irid ikollhom ħiliet fl-informatika, u jkunu kapaċi jsibu informazzjoni li jkollhom bżonn mill-Internet jew mill-Medja Soċjali. Il-ħaddiema irid ikollhom ħiliet soċjali u komunikattivi biex jaħdmu flimkien fi gruppi, aktar milli jaħdmu waħedhom. Iridu jkunu mħarrġin tajjeb fil-kompetenzi tas-suġġett, imma jkunu wkoll motivati biex jitgħallmu aktar ħiliet u lingwi għax ix-xogħlijiet jinbidlu u jiżviluppaw kontinwament. Ikun utli wkoll li jkunu jafu l-ħiliet lingwistiċi u interkulturali meħtieġa f’industriji multinazzjonali u komunitajiet multikulturali.

Bħala għalliema, għandna niżviluppaw liż-żgħażagħ biex jieħdu responsabbiltà għal xogħolhom, li kapaċi jaħdmu ma’ persuni oħra u li jistgħu jaħsbu għalihom infushom.

L-istampa hawn taħt turi dak li l-Edukazzjoni fis-seklu 21 għandha tinkludi biex teduka l-istudenti u tippreparahom għad-dinja tal-lum

2.1. CLILhuwa għall-għalliema kollha?

Meta possibbli, huwa preferut li jkun hemm koperazzjoni bejn l-għalliema li jgħallmu l-kontenut u dawk li jgħallmu l-lingwa fi skola fejn tinżamm klassi ta’ CLIL.(Pavesiet al2001).

Madankollu, dan mhux dejjem ikun possibbli, u l-għalliema tal-CLIL ħafna drabi jkollhom jagħmlu ż-żewġ rwoli. Dan iġib ansjetà meta għalliema li jkunu infurmati tajjeb dwar is-suġġett tagħhom imma mhumiex profiċjenti fil-lingwa immirata, ikunu mitluba biex jużaw il-CLIL.

Dan huwa kumment tipiku ta’ għalliem tal-kontenut:

“Jien għalliem tas-suġġett li nuża l-CLIL, u naf liema kontenut irrid li l-istudenti tiegħi jitgħallmu. Imma kif se nkun naf liema lingwa se ngħallimhom?”

L-għalliema tal-CLIL ma jgħallmux il-lingwa li s-soltu l-istudenti jitgħallmu waqt il-lezzjonijiet tal-lingwa.

Fi kliem ieħor l-għalliema tal-CLIL ma jgħallmux Ħiliet Bażiċi fil-Komunikazzjoni Interpersonali (BICS).

Allura liema lingwa jgħallmu l-għalliema tal-CLIL?

Din tista’ tiġi spjegata fi tliet kategoriji.

Dan it-tip ta’ tagħlim tal-lingwa jissejjaħ CALP – Cognitive Academic Language Proficiency.

BICSuCALPhuma termini introdotti minn JimCummins(1979).

2.2. X’inhuma l-benefiċċji li jintuża l-CLIL?

Skont Artiklu 5 tal-ewwel Volum(4)ta’ TheInternationalCLILResearchJournal‘CopingwithCLIL:Dropoutsfrom CLILStreamsinGermany’,CLILbħala metodu għandu dawn il-benefiċċji.

CLIL:

Wolff,2004jgħid ukoll li:

Fi CLIL, isir tagħlim relatat mas-suġġett b’mod interkulturali (Christ, 2000)

 

Short url:   http://multidict.net/cs/2565