This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

2.2.1. Mistoqsijiet li jagħmlu l-għalliema

Mistoqijiet li jagħmlu l-għalliema

1. Jien għalliem tas-suġġett. Għaliex għandi ndaħħal il-lingwa fit-tagħlim tas-suġġett tiegħi?

Jekk tgħallem permezz ta’ CLIL, tkun qed tgħin lill-istudenti tiegħek mhux biss billi tgħallimhom il-kontenut, imma anke għax tippreparahom għax-xogħol tagħhom fil-futur fejn ikollhom bżonn ikunu jafu l-kontenut b’lingwa oħra.

Huwa wkoll metodu ta’ tagħlim ħolistiku, li jinkludi mhux biss il-kontenut u l-lingwa, imma anke ħiliet fil-ħsieb u l-kompetenzi relevanti għall-komunità. Fil-fatt tkun qed tgħallem lill-istudenti tiegħek il-ħiliet meħtieġa għall-post tax-xogħol tagħhom u mhux biss il-kontenut.

2. Jien għalliem tal-lingwa. Kif nista’ ngħin lill-għalliema tas-suġġett meta ma naf xejn fuq is-suġġett tagħhom?

Huwa diffiċli titgħallem lingwa barra mill-kuntest. Tradizzjonalment, l-għalliema tal-lingwi jużaw il-kotba tal-iskola li jibbażaw fuq it-topik u li jistgħu jkunu irrelevanti għall-ħajja tal-istudent. F’kuntrast, it-tagħlim tal-lingwa fil-kuntest ta’ suġġett tal-iskola jista’ jkun motivanti, u għandu użu speċifiku li hu relevanti għall-istudent. Huwa l-istess bħal lezzjoni ESP (English for Special Purposes) għal membru ta’ krew tal-ajru jew Sales Maniġer.

Fejn l-istudenti diġà għandhom tagħrif bażiku tas-suġġett, dan jista’ jwassal biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bejniethom u mal-għalliema tal-lingwa l-ġdida (AL). Dan jiżviluppa it-tagħlim kemm tal-kontenut u anke tal-lingwa l-ġdid.

3.  Iva, imma għadni ma nafx ħafna dwar il-kontenut!

Għalliem tal-lingwi ma jgħallimx il-kontenut, u mhux mistenni jagħmel dan, imma juża l-kontenut biex jintroduċi l-lingwa.

F’sitwazzjonijiet oħra, l-għalliem tal-lingwa jaħdem mal-għalliema tas-suġġett biex joffri gwida fuq il-lingwa li għandhom bżonn fil-lezzjonijiet tagħhom. Hawnhekk l-għalliem tal-lingwa jieħu r-rwol ta’ ‘konsulent’ tal-għalliema tas-suġġett.

4. X’jagħmel it-tagħlim tal-lingwa permezz tal-CLIL differenti mit-tagħlim normali tal-lingwa?

 Il-lingwa li l-istudenti jitgħallmu waqt lezzjoni tal-CLIL mhix il-lingwa tipika mgħallma f’lezzjoni tradizzjonali tal-lingwa, imma lingwa relevanti għall-futur tal-istudenti jirrealizzaw li jistgħu jużaw il-lingwa tagħhom. Hi għodda biex jikkomunikaw fl-istruttura tal-kontenut. Ladarba l-għan ewlieni huwa l-komunikazzjoni u mhux it-tagħlim tal-grammatika u s-sintassi ta’ lingwa mingħajr ma jkollhom għarfien kbir tagħha. CLIL jgħin lill-istudenti jużaw l-lingwa mmirata u jiksbu l-għarfien fil-kontenut.

5. Kif se nwassal lill-istudenti biex jaċċettaw il-CLIL?

Xi studenti jistgħu jsibuha bi tqila biex jagħżlu lingwa oħra (AL) mas-suġġetti l-oħra. Jistgħu jħossu li se jkollhom aktar xogħol milli fil-veru hu.

Huwa importanti li tiddiskuti flimkien mal-istudenti r-raġuni għat-tagħlim permezz tal-CLIL, u li tenfasizza l-benefiċċji bħal fatt li dan it-tagħlim iwassal għal aktar opportunitajiet għall-mobbiltà fix-xogħol aktar ’il quddiem. Anke jekk l-istudenti ma jsifrux barra biex jaħdmu, jiggwadanjaw mill-fatt li jitgħallmu lingwa oħra, speċjalment jekk il-lingwa tkun relatata max-xogħol tagħhom. Min iħaddem għandu aktar ċans iħaddem nies li għandhom lingwa oħr.

It-tagħlim tal-lingwa permezz tal-CLIL jiżviluppa b’mod organiku. Biż-żmien, l-istudenti jkabbru l-vokabularju tagħhom u l-lingwa li jkunu qed jistudjaw tkun aktar ċara. L-istudenti jkunu aktar kunfidenti u jistgħu jesprimu ruħhom b’aktar faċilità minkejja l-iżbalji (fil-grammatika, fis-sintassi, fl-ortografija u l-pronunzja). Is-suċċess tat-tagħlim tal-lingwa fit-termini tal-CLIL, jidher bil-komunikazzjoni permezz tal-lingwa ż-żejda (AL).

Fejn hu possibbli, l-istudenti għandhom ikunu inkoraġġati jikkomunikaw ma’ studenti oħra minn pajjiżi oħra, biex jaqsmu l-ideat dwar is-suġġett li qed jitgħallmu. Huwa faċli jagħmlu proġett e-Twinning ma’ klassi oħra permezz ta’: www.etwinning.net

6. Kif nista’ ngħallem il-lingwa l-ġdida meta l-livell tiegħi stess mhux daqshekk għoli?

Probabbli li din hija l-ikbar biża’ ta’ kull għalliema tas-suġġett, u wasslet biex l-għalliema jsibuha bi tqila biex jgħallmu permezz tal-CLIL.

Approwċ pożittiv jista’ jkun li tiddiskuti l-biżgħat tiegħek mal-Kap tal-Iskola, u li titlob l-għajnuna tal-għalliem tal-lingwa bħala ‘l-espert tal-lingwa’. Ftakar li inti ‘l-espert fis-suġġett’. L-użu tal-CLIL ma jfissirx li tgħallem il-lingwa kollha. Xogħlok huwa li tgħallem is-suġġett waqt li ddaħħal il-lingwa l-ġdida li għandek bżonn għal waqt il-lezzjonijiet. Inti tiffaċilita t-tagħlim ta’ din il-lingwa l-ġdida billi tipprovdi opportunitajiet biex tħeġġeġ lill-istudenti jużawha.

Il-kors CLIL4U onlajn huwa immirat biex jgħin lill-għalliema tal-klassijiet tal-livelli l-baxxi biex isiru aktar familjari mal-Ingliż, li hi ħafna drabi l-lingwa ż-żejda użata fil-CLIL, u l-lingwa li nużaw biex nagħmlu l-kors.It-taqsimiet tal-lingwa se jgħinuk tgħolli l-għarfien tal-Ingliż, u l-eżerċizzji se jgħinuk fil-prattika. Billi tara l-pre-course fil-ħin liberu tiegħek, tista’ tiggwadanja aktar kunfidenza fl-Ingliż.

Agħfas hawn biex tara l-kors tal-lingwaClick here CLIL4U: https://sites.google.com/site/clil4uprecourse/

7. Kif nista’ nlesti s-sillabu kollu jekk irrid ngħallem il-lingwa u anke s-suġġett/kontenut?

Il-lingwa li tgħallem fil-CLIL mhix kors komplut tal-lingwa. Din hija biss il-lingwa relevanti għal-lezzjoni li qiegħed tgħallem. M’hemm l-ebda sillabu tal-lingwa li trid tlesti. Il-lingwa hija ftit u l-għajnuniet relevanti huma introdotti kif meħtieġ, biex tħalli lill-istudenti ffukati fuq is-sillabu tas-suġġett li qiegħed tgħallem.

8. Diġà għandi ħafna xogħol. Irrid noħloq il-materjal kollu u r-riżorsi li għandi bżonn?

L-għalliema tal-CLIL jieħdu r-riżorsi li diġà għandhom u jadattawhom biex jagħmluhom aċċessibbli għall-istudenti tagħhom. Pereżempju, Graphic Organizers u affarijiet oħra li jistgħu jservu biex l-istudenti jipproċessaw l-informazzjoni u jirrekordjawha huma użati biex jagħmlu din il-lingwa aktar faċli għall-istudenti.

9. Fejn nista’ nsib riżorsi adattati għal-livell partikolari?

Hemm databasesgħar-riżorsi tal-CLILb’lingwi differenti, pereżempju:http://languages.dk/databank/materialslist.php

Database oħra ta’ għajnuna li fiha riżorsi b’bosta lingwi hijaCLILStore:http://multidict.net/clilstore/

Siti oħra tajbin ħafna li għandhom ideat u riżorsi tajbin għat-tagħlim tal-Ingliż bil-CLIL huma l-BritishCounciluOneStopEnglish.L-ideat jistgħu jkunu adattati biex tgħallem permezz tal-CLIL b’lingwi oħra.

Fl-aħħar, il-pubblikaturi qegħdin joħorġu aktar kotba dwar CLIL. Pereżempju, ara l-websajts OUP,CUPuExpressPublishingb’mod regolari biex tara liema kotba ħarġu reċentement.

10. Bħala għalliem tas-suġġett, għandi nassessja lill-istudenti fil-lingwa?

L-assessjar huwa parti integrali mit-tagħlim, imma inti tiddeċiedi l-kriterji tal-assessjar tal-lingwa. Huwa tajjeb li tiffoka fuq il-partijiet tal-lingwa li ħdimt fuqhom fil-klassi. Agħmel gwida għall-assessjar, biex l-istudenti jkunu konxji ta’ dak li inti ser tkun qiegħed tassessja, li se jkun differenti minn dak li l-għalliema tal-lingwa se jassessjaw fil-klassi. Eżempji prattiċi ta’ gwida għall-assessjar jidhru fit-taqsima dwar l-Evalwazzjoni(Kapitlu 6).

11. Għaliex ma nistax nuża ktieb tas-suġġett miktub għall-istudenti li qegħdin jitgħallmu din il-lingwa (AL)?

 Kull ktieb tas-suġġett immirat għall-kelliema tal-lingwa omm li hija l-lingwa barranija li qiegħda tiġi mgħallma (AL) għandu varjazzjoni ta’ lingwa b’ħafna strutturi grammatikali differenti u firxa wiesgħa ta’ vokabularju. Jista’ jkun wisq għall-istudenti li jaħdmu b’dan il-vokabularju kollu tal-lingwa barranija u fl-istess ħin jitgħallmu kontenut ġdid. Il-lingwa li tintroduċi għandha l-istrutturi grammatikali neċessarji u l-vokabularju tal-istudenti fil-livell tal-lingwa barranija.

Madankollu, il-ktieb tal-lingwa omm jista’ jgħin lill-għalliem fi kliem li għandu x’jaqsam mal-kontenut.

 

Short url:   http://multidict.net/cs/2566