This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

2.2.2. Mistoqsijiet li spiss jagħmlu l-istudenti

1. Irrid inkun (mekkanik/inġinier/ mastrudaxxa). Għaliex għandi nitgħallem lingwa oħra jekk mhux se nagħmel l-Eżamijiet Nazzjonali?

CLIL jgħallem il-lingwa u l-kontenutfl-istess ħin. It-tagħlim tal-lingwabarranija (TL jew AL) li għandux’jaqsam mat-taqsim ta’ studjutiegħek jiftaħlek bibien għall-futur. Dan jagħtik l-opportunità litipparteċipa f’workshops, seminarsjew inkella fi programm tal-Erasmus barramill-pajjiż.

CLIL jgħinek ukoll ittejjeb il-ħiliet fil-komunikazzjoni interkulturali u jiżviluppa l-interessi u attitudnijiet multilingwi.

Jgħinek ukoll jekk trid tmur taħdem barra u jkun jogħġob lil min iħaddem, li jrid lill-impjegati jaħdmu internazzjonalment jew f’komunità globali.

2. Jien minix tajjeb fil-lingwi. Il-marka tal-kontenut tonqos?

Le. L-għalliema se tassessja l-kontenut u l-lingwa b’mod separat. It-tabelli tal-assessjar se juruk il-kriterji li l-għalliem se juża meta se jassessjak.

3. Ma joħodlix wisq ħin biex nitgħallem lingwa oħra (AL)? Se nitgħallem inqas kontenut minn studenti oħra li jitgħallmu bl-ischoollanguagefranca(SLF)?

Meta tistudja suġġett bl-użu ta’ lingwa barranija, iwassal għal tagħlim aħjar. Is-sillabu li se tkopri huwa l-istess bħal ta’ studenti oħra. Min-naħa l-oħra, titgħallem lingwa oħra minbarra s-suġġett. Il-kors se jkun aktar rikk, aktar milli fqir. Tkun ukoll kapaċi tiddeskrivi u tagħmel affarijiet bil-lingwa barranija bħal ma tagħmel bil-lingwa tiegħek.

4. Inkun kapaċi nifhem dak kollu li nkun mgħallem bil-lingwa barranija bħal ma kieku tgħallimt bil-lingwa tiegħi (SLF)?

Iva. L-għalliem tiegħek jista’ jsib metodi kif jgħinek tifhem is-suġġett.

Ftakar, li tuża SLF f’lezzjoni tal-CLIL huwa permess, u tista’ tgħid lill-għalliema tgħinek.

Barra minn hekk, l-għalliema tiegħek tuża metodi biex tintroduċi l-kontenut (eż it-teknoloġija jew l-istampi) li jagħmel it-tagħlim aktar faċli.

2.2.3.  Kif tinvolvi lill-ġenituri

 

L-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal huwa importanti. Għalkemm illum huwa diffiċli ħafna għall-ġenituri biex iżommu r-rutina ta’ kuljum u t-tip ta’ xogħol għad-dar li jkollhom it-tfal, hija r-responsabbiltà tal-ġenituri li jsegwu l-progress tat-tfal tagħhom. Huma għandhom jiggwidaw, jgħinu, jimmotivaw u jsaħħu t-tagħlim biex ikun iktar faċli għal uliedhom li jmorru tajjeb fl-iskola. Li l-ġenituri jkunu infurmati dwar dak li l-approwċ tal-CLIL jista’ jagħmel, iwassal biex il-ġenituri jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-iskola ta’ wliedhom mill-bidu. Mhux il-ġenituri kollha jistgħu jużaw il-lingwa mmirata jew il-lingwa barranija TL/AL fid-dar biex jgħinu fit-tagħlim tas-suġġett, imma dan mhux fundamentali. Li t-tfal jaqsmu t-tagħlim tagħhom mal-ġenituri huwa motivanti mhux biss għat-tfal imma anke għall-ġenituri.

Short url:   http://multidict.net/cs/2567