This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

4. Il-Metodu CLIL

4.1.       L-Isfond

M’hemm l-ebda metodoloġija li tirrelata għall-CLIL. Madankollu, skont Pavesi et al (2001) hemm aspetti komuni użati f’pajjiżi differenti, u “CLIL għandu bżonn metodi attivi, koperazzjoni fl-immaniġġjar tal-klassi, u enfażi fuq kull tip ta’ komunikazzjoni (lingwistika, viżwali u kinestetika)”.

Fil-prattika, il-metodu tat-tagħlim CLIL għandu diversi forom, mit-tagħlim tal-kurrikulu sħiħ fil-lingwa l-ġdida (immersjoni totali) għall-addattar tal-korsijiet tal-lingwa biex jiġi inkluż fokus fuq il-kontenut tas-suġġett.

Il-figura hawn taħt turi d-diversità involuta fil-metodu tal-lingwa u l-kontenut

Meħuda minnGuidelinesforCLILImplementationinPrimaryandPre-primaryeducation,pġ16

http://www.schools.ac.cy/klimakio/Themata/Anglika/teaching_material/clil/guidelinesforclilimplementation1.pdf

Short url:   http://multidict.net/cs/2569