This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

4.2. The Zone of Proximal Development (ZPD) u Scaffolding

It-tagħlim tal-CLIL huwa proċess ta’ kostruzzjoni ta’ għarfien u ta’ lingwa fl-istess ħin.

L-istudenti kważi dejjem jibdew bi ftit għarfien bażiku tal-kontenut u l-lingwa li se jitgħallmu. Fil-ġeografija, pereżempju, ħafna mill-istudenti jafu li l-Antarctica hija art bis-silġ, fejn jgħixu l-pingwini – imma jista’ jkun li jkollhom bżonn jiġu mgħallma li l-Antarctica hija kontinent fis-South Pole, miksi bis-silġ u fond aktar minn 1.6 Km. Bl-istess mod, jistgħu jkunu jafu kif jgħidu li l-Antartica hija kbira, kiesħa u ’l bogħod – imma jista’ jkun li jkollhom bżonn jiġu mgħallma kif jgħidu li hi ikbar mill-Ewropa, hija l-aktar kontinent li qieħed fuq in-naħa ta’ isfel tad-dinja u li hemmhekk tkejlet l-aktar temperatura kiesħa. F’kull lezzjoni tal-CLIL, kontenut ġdid u l-lingwa jkunu introdotti biex jibnu fuq dak li diġà jafu l-istudenti. Permezz tal-interazzjoni bejn l-istudenti, mal-għalliema, u bir-riżorsi multimedjali, kull student jibni għarfien ġdid bil-pass tiegħu, jitlaq minn għarfien bażiku, għal fehim u profiċjenza.

Bejn l-għarfien u l-kompetenza, l-istudent jiżviluppa għarfien ġdid jew ħila, imma ma jistax jużaha b’mod indipendenti u kunfidenti. Dan l-istadju tal-iżvilupp tat-tagħlim huwa spiss deskritt bil-metafora ta’ Vygotsky ta’ ‘the Zone of Proximal Development’ (ZPD).

F’dan l-istadju ta’ tagħlim, l-istudent jista’ jkun megħjun biex jipproggressa ħalli jkompli l-profiċjenza indipendenti permezz tal-għajnuna minn xi ħadd b’għarfien ogħla u ħila akbar minn dik li għandu hu.

Is-sapport temporanju mogħti huwa deskritt bil-metafora tal-‘iscaffolding’, għaliex tipprovdi pjattaforma minn fejn l-istudenti jistgħu jibnu l-livell li jmiss ta’ fehim u għarfien.

Scaffolding hija sistema ta’ pajpijiet tal-metall li tipprovdi sapport temporanju għal dawk il-persuni li qegħdin jibnu xi bini. Din tgħinhom jibnu aktar fil-għoli milli jkunu jistgħu jilħqu minn mal-art.

Scaffolding bħala metafora hija użata biex tiddeskrivi kif l-istudenti jkunu jistgħu jiġu megħjuna jilħqu affarijiet li għadhom mhux kapaċi jilħquhom waħdehom. Din hija deskrizzjoni utli għaliex tenfażizza li din l-għajnuna hija biss temporanja. Din l-għajnuna hija mneħħija b’mod gradwali waqt li l-istudent ikabbar l-għarfien neċessarju u l-esperjenza biex ikun indipendenti, l-istess bħal meta l-iscaffolding jitneħħa ladarba l-bini jitneħħa.

Scaffolding jiddeskrivi s-sapport għat-tagħlim kemm tal-kontenut kif ukoll tal-lingwa. Juri stampa ċara ta’ kif it-tagħlim il-ġdid jinbena fuq dak li l-istudent diġà jaf, bħal fl-eżempju tal-ġografija (fuq). Għalkemm l-iscaffolding isir mill-għalliema, jista’ jsir ukoll minn student ieħor li jkun tajjeb ħafna fis-suġġett, jew grupp ta’ ħbieb.

Ladarba l-istudent ikun kunfidenti biżżejjed dwar kif jgħid dak li jrid meta jkun f’sitwazzjoni partikolari, ikun jista’ juża l-għarfien lingwistiku tiegħu f’sitwazzjonijiet oħra, mingħajr scaffolding. L-għarfien/ħila/fehim meħtieġa se jkunu internalizzati, u issa jistgħu jintużaw mingħajr sapport minn barra.

Scaffolding jieħu bosta forom. Pereżempju, meta tagħmel scaffolding fil-ħila tas-smigħ, nistgħu ngħinu lill-istudent jifhem it-tifsira billi jitfa’ l-attenzjoni tiegħu fuq temp tal-verb; waqt il-qari, il-mistoqsijiet li tistaqsi l-għalliema dwar test partikolari jistgħu jiggwidaw lill-qarrej biex jifhem aħjar; ħiliet fil-kitba jistgħu jiġu żviluppati minn testi li jkunu mudell, jew bl-użu ta’ graphic organisers li jgħinu biex jorganizzaw l-ideat.

Scaffolding, Sapport,&Internalizzazzjoni

 

Biż-żmien, permezz tal-iscaffolding, l-istudenti jinternalizzaw dak li qegħdin jitgħallmu, u l-iscaffolding jonqos. Il-parti fejn ‘Nista’’ tikber u z-Zone of Proximal Development tal-istudent tiżviluppa fokus ġdid.

 

Dan l-iscaffolding huwa element dinamiku tat-tagħlim, mhux fattur statiku u permanenti.

Eżempju ta’ kif l-għalliema tuża l-iscaffolding hija l-użu tal-graphic organisers. Għodda bħal tabelli u grids, flow charts u mind maps jgħinu fl-ipproċessar tad-dejta, u jiżviluppaw il-ħiliet tal-ħsieb bħal iqabblu u jikkuntrastaw, jagħmlu sekwenza, jagħrfu r-relazzjonijiet u jikklassifikaw.

Short url:   http://multidict.net/cs/2570