This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Nar u Emerġenza

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

Għandu jkun provdut passaġġ(i) ta’ emerġenza f’sit ta’ kostruzzjoni biex jiżgura:

A:  mogħdija sigura għall-beraħ

B:  mogħdija sigura għall-post ta’ serħan

Ċ:  mogħdija sigura għal post tassew bla periklu

D:  mogħdija sigura għall-art mill-għoli

 

X’azzjoni għandek tieħu jekk tara xi mkien jaqbad?

A:  Ħallih għax teħel int    

B:  Tagħti l-allarm             

Ċ:  Kompli aħdem jekk m’hemmx periklu

D:  Itfi n-nar mingħajr ma tgħid lil ħadd

 

Jekk kien hemm daqsxejn nar, lil min għandek tagħmel rapport?

A:  Lill-imgħallem tiegħek

B:  Lill-aġent ewlieni tas-sit tal-kuntrattur

Ċ:  Lill-marixxall tan-nar tas-sit              

D:  Lill-inġinier responsabbli mis-sit      

 

Jekk tilmaħ nar fuq ix-xogħol, x’għandek tagħmel l-ewwel:

A:  Iċċempel 112

B:  Titfih b’apparat tat-tifi tan-nar

Ċ:  Tmur tiġri tara ssibx ddoqq xi allarm

D:  Tagħti l-allarm u tinforma lil kollegi tiegħek

 

Xi jkun punt ta’ assemblea tan-nar?

A:  Il-post fejn tmur meta ddoqq l-allarm

B:  Post fejn il-brigata tal-ħruq tmur

Ċ:  Post fejn jinżamm apparat tat-tifi tan-nar

D:  Il-post fejn hemm l-allarm tan-nar

 

Fejn għandek tmur f’każ ta’ ħruq?

A:  Il-kantin għal tazza te

B:  Il-punt ta’ assemblea tan-nar           

Ċ:  Il-gabbana tas-sit

D:  Ħdejn in-nar biex tara x’inhu jiġri

 

X’għandek tagħmel jekk tisma’ l-allarm tan-nar?

A:  Tagħtix kasha għax għandu mnejn xi ħadd qiegħed jilgħab magħha

B:  Itlaq mix-xogħol għal dak inhar

Ċ:  Evakwa l-post għal xi mkien maħsub bħala post mingħajr periklu

D:  Ersaq lejn il-ħoss ħalli tara x’inhu jiġri

 

L-apparat tat-tifi tan-nar il-ġdid huwa aħmar jew lewn il-metall ileqq. Kif tagħraf id-differenza bejn dawn it-tipi?

A:  Hemm tikketta jew strixxa ta’ lewn differenti fuq barra tal-apparat tat-tifi tan-nar

B:  Waqt viżta ta’ familjarizzazzjoni tas-sit se jgħidulek fejn jinsabu t-tipi differenti ta’ apparat                    

Ċ:  Il-piż u l-forma tal-apparat tat-tifi tan-nar

D:  Issib miktub x’tip hu fuq tabella ħdejn l-apparat

                     

Apparat tat-tifi tan-nar b’tikketta sewda jkun fih:

A:  Ramel

B:  Ilma

Ċ:  Fowm

D:  Diossidu tal-karbonju (CO2)

 

Xi jkun fih apparat tat-tifi tan-nar b’tikketta blu?

A:  Ilma

B:  Fowm

Ċ:  Ramel

D:  Diossidu tal-karbonju (CO2)

 

Liema apparat tat-tifi tan-nar m’għandux jintuża fuq likwidu fjammabbli jaqbad?

A:  Diossidu tal-karbonju (CO2)

B:  Ramel

Ċ:  Ilma

D:  Fowm

 

X’lewn ikun apparat tat-tifi tan-nar mimli bl-ilma, jew it-tikketta tiegħu?

A:  Iswed

B:  Krema

Ċ:  Aħmar

D:  Aħdar

 

Waqt li jkun ħiereġ id-diossidu tal-karbonju mill-apparat, iż-żennuna:

A:  Tisħon

B:  Issir taħraq ħafna

Ċ:  Issir kiesħa ħafna

D:  Ma tbiddilx it-temperatura

 

Għan-nirien bil-petrol imxerred, liema tipi ta’ apparat tat-tifi tan-nar tista’ tuża?

A:  Ilma, diossidu tal-karbonju jew fowm

B:  Ilma, fowm jew ramel

Ċ:  Fowm, diossidu tal-karbonju jew ramel

D:  Ilma, diossidu tal-karbonju jew ramel                   

 

Liema tipi ta’ apparat tat-tifi tan-nar għandu jintuża fuq ħruq tal-elettriku?

A:  Fowm u ilma

B:  Diossidu tal-karbonju u ramel

Ċ:  Ramel u fowm

D:  Ilma u diossidu tal-karbonju

 

Apparat tat-tifi tan-nar b’tikketta ħamra m’għandux jintuża:

A:  Fuq injam jaqbad

B:  Fejn hemm riskju ta’ xokk

Ċ:  Fuq ħwejjeġ jaqbdu

D:  Fuq għamara taqbad

Short url:   http://multidict.net/cs/5991