This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Nar u Emerġenza, tat-tieni parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

Sieħbek jaħraq idu ma’ biċċa metall taħraq ħafna. X’għandek tagħmel l-ewwel?

A:  Ogħrok ftit krema jew vażellina fuq il-ħarqa

B:  Għatti l-ħarqa b’xi ħaġa niexfa

Ċ:  Avża nies oħra dwar il-biċċa metall taħraq

D:  Poġġi idhom fl-ilma kiesaħ jekk ikun hemm

 

Liema minn dawn l-affarijiet m’għandhomx ikunu fil-kaxxa tal-ewwel għajnuna?

A:  Labar tas-sarwan

B:  Pilloli tal-uġigħ

Ċ:  Ingwanti disponibbli

D:  Faxex trijangolari

 

Kemm-il darba għandu wieħed li jkun kwalifikat jagħti l-ewwel għajnuna fuq ix-xogħol jew l-ewwel għajnuna ta’ emerġenza fuq ix-xogħol jerġa’ jitħarreġ?

A:  Kull sitt xhur

B:  Kull sentejn

Ċ:  Kull tliet snin

D:  Kull erba’ snin

 

Jekk tiltaqa’ ma’ korriment fuq is-sit, x’inhi l-ewwel ħaġa li trid tagħmel?

A:   Għid lil min korra biex jara t-tabib tiegħu

B:   Informa lill-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà

Ċ:   Ikkuntattja wieħed li jagħti l-ewwel għajnuna

D:  Ipprova ara x’ġara

 

Impjegat jaqa’ u jintilef minn sensih. X’inhi l-ewwel ħaġa li trid tagħmel?

A:  Tibgħat lil xi ħadd għal wieħed li jagħti l-ewwel għajnuna

B:  Tara kienx hemm xi xhieda

Ċ:  Tipprova tipproteġi l-impjegat minn iktar ħsara

D:  Tqiegħed l-impjegat f’pożizzjoni ta’ rkupru

 

Ħaddiem jieħu xokk tal-elettriku, jidher xi ftit pallidu imma jgħid li jħossu tajjeb. X’għandek tagħmel?

A:  Tibgħat lil xi ħadd għal wieħed li jagħti l-ewwel għajnuna

B:  Tgħidlu jirrapporta l-każ lill-imgħallem tiegħu

Ċ:  Tmur tiċċekkja l-elettriku biex ma jerġax jiġri l-istess

D:  Tara jridx jixrob jew sigarett

 

Liema minn dawn għandu jikkonsidra li jipprovdi mgħallem għall-ewwel għajnuna?

A:  Kemm se jaħli spazju għax-xogħol

B:  Kemm se tiswa

Ċ:  Jekk jistax jintuża s-servizz tal-ambulanza lokali

D:  It-tipi ta’ korriment li jistgħu jinqalgħu

 

F’emerġenza fuq sit, liema minn dawn m’għandux jagħmel wieħed li jagħti l-ewwel għajnuna?

A:  Ħu ħsieb min ma jkunx f’sensih

B:  Ikkontrolla t-tnixxija tad-demm        

Ċ:  Agħmel risuxxitazzjoni

D:  Agħti mediċini lil dak li jkun mingħajr awtorizzazzjoni

 

Jekk xi ħadd waqa’ u m’għadux jieħu nifs, x’inhi l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel?

A:  Ibgħat għall-għajnuna

B:  Ħu ħsieb ara hemmx xi għadam miksur

Ċ:  Ipprova agħti jixrob lil min korra

D:  Ipprova għin lil min korra jibda jieħu nifs

 

Jekk xi ħadd waqa’ minn fuq sellum u jgħid li siequ miksura, x’għandek tagħmel?

A:  Tibgħat għal dak li jagħti l-ewwel għajnuna

B:  Tgħinu jasal sal-gabbana

Ċ:  Tneħħi s-sellum biex ħadd ma jaqa’ fih

D:  Tinfaxxa saqajh flimkien

 

Sieħbek tidħollu xi ħaġa f’għajnu. X’għandek tagħmel?

A:  Tieħu lil sieħbek għand l-imgħallem

B:  Tuża maktur nadif biex tipprova tneħħiha

Ċ:  Taħsel idejk qabel tmiss wiċċ sieħbek

D:  Tibgħat lill xi ħadd għal dak li jagħti l-ewwel għajnuna

 

Xi ħadd għoddu waqa’ minħabba uġigħ fl-istonku. X’għandek tagħmel?

A:  Ibgħat lil xi ħadd għal dak li jagħti l-ewwel għajnuna

B:  Mur siblu xi ħaġa x’jixorbu

Ċ:  Għinu jsib xi mkien komdu fejn joqgħod bilqiegħda

D:  Staqsih jekk iridx xi ħaġa x’jiekol

 

Waqti li sieħbek qiegħed jerfa’ kaxxa kbira jibda jgħajjat f’daqqa waħda ‘’Ajma dahri!’’ u jwaqqa’ l-kaxxa. X’għandek tagħmel?

A:  Tgħidlu biex iħalliha jerfagħha ħaddieħor

B:  Tigħat għal dak li jagħti l-ewwel għajnuna

Ċ:  Tgħinu jerfa’ l-kaxxa

D:  Issiblu xi mkien komdu fejn joqgħod bil-qiegħda u jistrieħ

 

X’għandek tagħmel mill-ewwel jekk taqta’ ħafif saba’ waqt ix-xogħol?

A:  Tkompli taħdem

B:  Tfittex l-ewwel għajnuna

Ċ:  Tgħid lill-imgħallem biex jinforma lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà

D:  Aħslu sew

 

X’għandek tagħmel f’sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq ix-xogħol?

A:  Ċempel lill-Ispettorat tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà

B:  Imxi skont il-proċedura tal-emerġenza tas-sit

Ċ:  Tara li kulħadd qiegħed hemm

D:  Titlaq mis-sit mill-ewwel

 

X’jindika normalment il-ħoss ta’ sirena fuq is-sit? 

A:  Ħruq       

B:  Evakwazzjoni tossika

Ċ:  Splużjoni

D:  Emerġenza

Short url:   http://multidict.net/cs/5992