This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Xogħol Fil-għoli, URL tat-test tal-ewwel parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

L-għadd kbir ta’ mwiet f’sit huma kkawżati minn:

A:  Movimenti ta’ vetturi

B:  Waqgħat mill-għoli

Ċ:  Xamm ta’ solvent

D:  Ħruq kemikali

 

L-iktar tip ta’ incident li joqtol ħaddiema fuq sit ta’ kostruzzjoni hu:

A:  Daqqiet minn oġġetti li jaqgħu

B:  Waqgħat mill-għoli

Ċ:  Kollass ta’ trinek

D:  Inċidenti elettriċi

 

Bejn wieħed u ieħor 70 ħaddiem kull sena jmut f’siti ta’ kostruzzjoni, u r-raġuni ewlenija ta’ dan hi:

A:  Ħruq

B:  Waqgħat mill-għoli

Ċ:  Tittajjar mill-impjant

D:  Sfrundar waqt eskavazzjoni

 

Kemm għandu jkun hemm nies jaħdmu fuq sellum fl-istess ħin?

A:  Wieħed fuq kull sezzjoni ta’ sellum tal-ħallelin

B:  Wieħed

Ċ:  Tnejn

D:  Tlieta jekk ikun twil biżżejjed

 

Is-slielem għandhom ikunu mmejlin bejn wieħed u ieħor:

A:  Waħda ’l barra għal kull tlieta ’l fuq

B:  4 ’l barra għal kull 1 ’l fuq

Ċ:  1 ’l barra għal kull 1 ’l fuq

D:  1 ’l barra għal kull 4 ’l fuq

 

Għalxiex sellum tal-aluminju għandu jitħalla ’il bogħod minn ġir imxarrab jew siment?

A:  Dan itebbagħlek il-ħwejjeġ

B:  Is-sellum jista’ jsir iċċarġjat statikament               

Ċ:  Jista’ jikkorodi s-sellum

D:  Dan itebba’ l-aluminju

 

Qabel ma jintuża, sellum għandu jkun eżaminat:

A:  Minn formen

B:  Minn min jużah

Ċ:  Mill-manifattur

D:  Mill-Uffiċjal tas-Sigurtà

 

Is-slielem għandhom ikunu:

A:  F’kondizzjoni tajba

B:  Marbuta jew miżmuma

Ċ:  Marbuta jew miżmuma U angolati sew U f’kondizzjoni tajba

D:  Angolati sew

 

Sellum li jagħti għal fuq pjattaforma ġeneralment jista’ jintuża bla periklu sakemm:

A:  Saqajn is-sellum ikunu fis-sod

B:  Ma jiċċaqlaqx meta titilgħu

Ċ:  Skaluni miksura jkunu mmarkati ċar

D:  Ikun marbut u jkun itwal tal-inqas metru ’l fuq mill-pjattaforma

 

X’inhu l-angolu ideali għal sellum iserraħ ma’ ħajt u l-art

A:  Metru ’l fuq għal kull metru ’l barra mill-ħajt

B:  Metru ’l fuq għal kull żewġ metri ’l barra mill-ħajt

Ċ:  Żewġ metri ’l fuq għal kull metru ’l barra mill-ħajt

D:  Erba’ metri ’l fuq għal kull metru ’l barra mill-ħajt

 

Skaluna ta’ sellum tal-injam bdiet tixxaqqaq. X’għandek tagħmel?

A:  Tużax is-sellum u għid lill-imgħallem

B:  Aqta’ l-iskaluna l-ħażin ’il barra

Ċ:  Sewwiha bit-tejp

D:  Aqbeż fuqha ħalli tara tifilħekx

 

Is-slielem m’għandhomx jinżebgħu għaliex:

A:  Ikun meħtieġ li jinżebgħu regolarment

B:  Iż-żebgħa tagħmilhom jiżolqu biex jintużaw

Ċ:  Iż-żebgħa tista’ ma tkunx tajba fuq partijiet tal-metall tas-sellum

D:  Iż-żebgħa tista’ tgħatti difett jew parti miksura tas-sellum       

 

Meta tista’ taħdem fuq sellum?

A:  Għal ħinijiet qosra, imma dan biss jekk ma jkunx hemm periklu

B:  Meta jlaħħaq sew

Ċ:  Meta jkollok wieħed

D:  Mhux meta trid tilħaq xi mkien

 

X’għandek tqis meta tkun taħdem f’postijiet pubbliċi?

A:  Tevita lmenti mill-pubbliku

B:  Il-periklu li jaqa’ materjal

Ċ:  Li tkompli x-xogħol

D:  Li tħalli n-naħat miftuħa għall-pubbliku

Short url:   http://multidict.net/cs/5993