This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Xogħol Fil-għoli, tat-tieni parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

L-iscaffolding għandu jintrama minn:

A:  Persuna mħarrġa u kompetenti

B:  Il-kumpanija li tissupplixxih

Ċ:  Il-formen tas-sit

D:  L-istaff anzjan tas-sit

 

X’inhu l-għoli minimu tal-poġġaman ta’ fuq ta’ scaffold mnejn wieħed jista’ jaqa’?

A:  470mm

B:  910mm

Ċ:  950mm

D:  2 metri

 

Pjattaforma għal xogħol ta’ kostruzzjoni, u li minna wieħed jista’ jaqa’ m’għola 2 metri jew aktar, m’għandhiex tintuża sakemm ma tkunx ġiet eżaminata (u jkun sar ukoll rapport) minn persuna kompetenti:

A:  Wara li jkun sar inċident biss

B:  Dak inhar

Ċ:  Sa sebat ijiem qabel

D:  Sa xahar qabel

 

Fuq pjattaforma elevata mobbli, ma’ xiex għandek tqabbad l-irbit tas-sigurtà tiegħek?

A:  Ma’ xi mkien sod fil-pjattaforma

B:  Ma’ parti b’saħħitha tal-istruttura li qiegħed taħdem fuqha

Ċ:  Mal-boma tal-makkinarju

D:  Ma’ xi pajp fil-qrib jew scaffold

 

Intlabt tħaddem krejn li jtella’ u jniżżel il-ħaddiema (pjattaforma elevata mobbli) meta hu riħ qawwi. X’inhi l-ewwel ħaġa li għandek tqis?

A:  Li tilbes irbit tas-sigurtà u torbtu mal-istruttura li qiegħed taħdem fuqha

B:  Il-forza tar-riħ li tista’ toħloq periklu kemm-il darba jintuża l-makkinarju       

Ċ:  Li tilbes aktar ħwejjeġ biex iżżomm ruħek sħun

D:  Li torbot l-oġġetti ħfief kollha mal-poġġaman tal-kaxxa/qoffa. 

 

Jekk ikollok taħdem fil-għoli u ma jkunx possibbli li tarma scaffold jew tuża xi tip ta’ pjattaforma oħra jew pjattaforma elevata mobbli, allura għandek:

A:  Taħdem mingħajr ma’ tintrabat, sakemm ikollok xi ħadd miegħek

B:  Tilbes irbit protettiv u siegla l-ħin kollu

Ċ:  Taħdem mingħajr ma’ tintrabat, sakemm ma jkunx riħ qawwi

D:  Taħdem mingħajr irbit il-ħin kollu meta ma jkun hemm ħadd madwarek

 

Meta tkun taħdem fuq saqaf li għandu pannelli tal-plastik trasparenti fraġli, liemu hu l-aħjar mod biex tevita li taqa’ mill-pannelli?

A:  Ara li kulħadd jaf fejn jinsabu l-pannelli u li tevita tirfes fuqhom                    

B:  Għatti l-pannelli fraġli b’materjal b’saħħtu u orbothom biex ma jiċċaqilqux

Ċ:  Neħħi l-pannelli bil-mod biex tħalli toqba miftuħa

D:  M’għandek għalxiex tagħmel xejn, kulħadd jaf bil-periklu

 

Meta taħdem fuq soqfa fragli:

A:  Huwa sigur li timxi fuq it-travi

B:  Aqsam is-saqaf dritt għal fejn trid tmur

Ċ:  Huwa sigur sakemm tevita partijiet fraġli

D:  Dejjem uża fallakki li tista’ tgħaddi fuqhom

 

Nofs l-imwiet fuq siti ta’ kostruzzjoni huma kkawżati minn:

A:  Waqgħat mill-għoli

B:  Użu ħażin tal-elettriku

Ċ:  Xogħol fi trinek/spażji limitati

D:  Użu ħażin ta’ mpjant u makkinarju

 

X’għandek tagħmel jekk ix-xogħol jitlob li tilbes irbit protettiv minn fuq s’isfel u m’għandekx wieħed?

A:  Agħmel irbit minn affarijiet li ssib fuq is-sit

B:  Kompli aħdem bit-tama li kollox imur sew

Ċ:  Issellef irbit mingħand kollega          

D:  Ieqaf aħdem u għid lill-imgħallem tiegħek li m’għandekx it-tagħmir protettiv personali adattat

 

F’liema ċirkustanzi r-Regolamenti ta’ Xogħol Fil-għoli jippermettu li jintuża forċi fuq sit?

A:  Qatt – l-użu ta’ forċi hu bbannjat

B:  Kull ħin

Ċ:  Sakemm ma taqax żewġ metri jewk aktar

D:  Dan ikun biss meta assessjar tar-riskju jindika li m’hemmx alternattivi aħjar u li l-ħidma hi ta’ riskju żgħir u mhix fit-tul.                

 

Kif inhu l-aħjar biex tissoda sellum?

A:  Torbtu ma’ xi mkien tajjeb

B:  Tuża apparat li jżomm is-sellum stabbli b’mod effettiv

Ċ:  Tmejjel u sserraħ is-sellum sew mal-ħajt

D:  Iżżomm is-sellum b’saqajk minn isfel

 

Liema minn dawn huwa l-agħar metodu kif iżżomm sellum?

A:  Torbot il-bażi tas-sellum

B:  Torbot is-sellum

Ċ:  Xi ħadd iżomm is-sellum minn isfel

D:  Tuża apparat li jistabilizza s-sellum

 

Qabel ma tmexxi scaffold għoli, l-għoli tal-pjattaforma għandu jitnaqqas sa massimu ta’:

A:  2 metri

B:  3 metri

Ċ:  4 metri

D:  5 metri

Short url:   http://multidict.net/cs/5994