This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Tagħmir tax-Xogħol, URL tat-test tat-tieni parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

 

Jekk jibda ħiereġ duħħan mill-mutur ta’ driler tal-eletriku, int għandek:

A:  Tixħet ilma fuqu

B:  Tuża apparat tat-tifi tan-nar (CO2)

Ċ:  Itfih u irrapportah

D:  Ieqaf aħdem għal tletin minuta

 

Kemm-il darba għandu wieħed jiċċekkja viżwalment tagħmir tal-elettriku portabbli?

A:  Kull darba li tużah

B:  Kuljum

Ċ:  Darba f’ġimgħa

D:  Tal-anqas darba f’sena

 

X’inhu l-vultaġġ nominali preferut għal lampa tal-id għal użu ġenerali f’sit ta’ kostruzzjoni?

A:  110 volts

B:  150 volt

Ċ:  230 volt

D:  400 volt

 

X’inhu l-vultaġġ nominali preferut għal għodda tal-id f’siti ta’ kostruzzjoni?

A:  12-il volt

B:  24 volt

Ċ:  110 volts

D:  230 volt

 

X’inhu l-vultaġġ nominali preferut għal dawl lokali sa 2kw f’siti ta’ kostruzzjoni?

A:  55 volt

B:  110 volts

Ċ:  400 volt

D:  230 volt

 

X’inhu l-vultaġġ massimu rakkomandat għal lampi tal-id meta wieħed jaħdem fi spazju limitat jew postijiet umdużi?

A:  50 volt

B:  110 volts

Ċ:  230 volt

D:  400 volt

 

X’għandek tagħmel jekk għandek driler li jaħdem fuq 230 V u trid tużah f’sit ta’ kostruzzjoni li għandu biss socket-outlets sofor (110 V)?

A:  Uża transformer biex jibbustja l-vultaġġ               

B:  Aqta’ l-plagg u waħħal wieħed isfar f’loku

Ċ:  Akkwista driler ta’ 110 V jew wieħed mingħajr wajer għax-xogħol li qiegħed tagħmel       

D:  Agħmel biċċa kejbil bi plagg isfar f’tarf u sokit standard f’tarf ieħor               

 

X’jintuża l-aktar biex tnaqqas 230 volt għal 110 volts f’sit?

A:  Residual current device

B:  Transformer

Ċ:  Circuit breaker

D:  Step-down generator

 

Liema minn dawn hija tajba għal meta tuża extension twil fuq rukkell?

A:  Ħalli kemm tista’ kejbil imkebbeb fuq ir-rukkell    

B:  Ħottu kollu kull darba

Ċ:  Taqbiżx ir-rating tal-kejbil ta’ meta jkun imkebbeb u ta’ meta jkun maħtut

D:  Ħott metru aktar milli jkollok bżonn biss

 

X’għandek tagħmel jekk kejbil se jaqsam triq mal-art?

A:  Itfa’ bords tal-injam fuqu                  

B:  Qiegħed rampa tal-lastku protettiva fuqu u agħmel sinjal li jgħid ‘’Rampa”

Ċ:  Tagħmel xejn biex tipproteġi l-kejbil

D:  Qiegħed il-kejbil fuq bords tal-injam

 

Biex tħaddem għodda tal-id elettrika irid ikollok:

A:  16-il sena

B:  18-il sena

Ċ:  21 sena

D:  Imħarreġ u kompetenti

 

X’għandek tagħmel jekk tkun se tuża għodda tal-elettriku u tinduna li l-ilqugħ protettiv hu nieqes?

A:  Tagħmel ilqugħ protettiv temporanju inti stess

B:  Tuża l-għodda imma tipprova tħaffef fix-xogħol

Ċ:  Ma tużax l-għodda qabel ma jitwaħħal l-ilqugħ protettiv

D:  Tuża l-għodda imma taħdem bil-mod u bil-galbu.

Short url:   http://multidict.net/cs/5996