This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Perikli f’Siti Speċjali

Għandu jkollok il-fehem bażiku ta’:

Għaliex spazju limitat jista’ jkun ta’ periklu għal min jaħdem fih?

A: Għax ma jkunx hemm spazju fejn taħdem

B: Għax l-arja f’dak l-ispazju tista’’ tkun ħażina minħabba xi veleni fl-arja

Ċ: Għax it-temperatura u ventilazzjoni ħażina tista’ taffettwa lil min ikun qiegħed jaħdem

D: Minħabba l-perikli kollha msemmija hawn fuq

 

Meta tippjana li taħdem fi spazju limitat, għalxiex għandek taħseb l-ewwel?

A: Li kkunsudrajt l-ispejjeż kollha tax-xogħol

B: Li għandek l-għodda kollha ppreparata

Ċ: Li hemm nies biżżejjed sabiex jagħmlu x-xogħol

D: Jekk ix-xogħol jistax isir minn barra

 

Meta taħdem fi spazju limitat, bħal partijiet mis-sistema tad-drenaġġ, x’periklu jista’ jinħoloq?

A: Ixxarab il-ħwejjeġ

B: Tiddejjaq taħdem waħdek

Ċ: Ma jkollokx ħin biżżejjed sabiex tlesti x-xogħol

D: Jinħolqu gassijiet perikolużi madwarek

 

Sabiex tkun żgur li l-arja hi tajba wara xogħol ta’ skavar, liema minn dawn li ġejjin hija essenzjali?

A: Hu ħsieb li xxomm l-arja wara li tidħol

B: Uża strument li jara jekk hemmx gass (gas detector)

Ċ: Idħol malajr, hu nifs u ara li jkollok mnejn terġa’ toħroġ tiġri ’l barra

D: Ara tindunax b’xi gassijiet tossiċi

 

Qabel ma tidħol f’xogħol ta’ skavar, l-ewwel il-post għandu

A: Ikun spezzjonat minn persuna kompetenti

B: Jitħalla mgħotti bil-lejl

Ċ: JIntela bl-ilma u wara jitbattal

D: Ikun spezzjonat minn membri tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà

 

X’inhu l-iskop li tuża Sistema ta’ “Permess għax-xogħol”

A: Sabiex tiżgura li x-xogħol isir bl-aktar mod ħafif

B: Sabiex tiżgura sistema sigura ta’ xogħol

Ċ: Sabiex tiżgura li l-klijent iħallas tax-xogħol li jsirlu

D: Sabiex tiżgura li l-għodda u l-apparat jiġu ċċekkjati qabel ma jsir ix-xogħol

 

Għaliex ħaddiema żgħażagħ huma aktar f’riskju fuq post tax-xogħol?

A: Għax ma hemm ebda liġi li taqbeż għalihom

B: Għax bosta drabi jitħallew jaħdmu weħidhom sabiex jiksbu l-esperjenza

Ċ: Għax ma hemmx bżonn li dawn jipprovdulhom it-tagħmir personali protettiv

D: Għax m’għandhomx esperjenza u ma jagħrfux ċerti perikli

 

Ser ikollok tidħol f’bokka. Għandek it-tagħmir personali protettiv kollu, imma ma jidhirx li hemm pjan f’każ ta’ evakwazzjoni. X’għandek tagħmel?

A: Kompli xogħlok. Tinkwetax, x’aktarx kollox imur sew

B: Aħseb kif tagħmel ix-xogħol billi tidħol u toħroġ sikwit u tagħmel ħin qasir kull darba.

Ċ: Tidħolx fil-bokka jekk ma jkunx hemm pjan u apparat ta’ evakwazzjoni

D: Ara li jkun hemm sieħbek fuq barra tal-bokka u li jkollu ħabel twil f’idu

 

Ser ikollok tidħol f’bokka li taħseb li fiha hemm gass velenuż. Ħadd ma pprovdielek tagħmir respiratorju protettiv. X’għandek tagħmel?

A: Għid lill-imgħallem li għandek bżonn tagħmir respiratorju protettiv, u jekk hemm bżonn taħriġ ta’ kif isir ix-xogħol fi spazji magħluqin.

B: Xomm l-arja fil-bokka biex tara jekk hemmx gassijiet ħżiena

Ċ: Ittawwal fil-bokka biex tara jekk jidhirx xi gass ħażin

D: Veru hemm riskju, imma lesti x-xogħol

 

Waqt xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek fit-triq, issib tejp isfar mirdum xi metru u nofs taħt l-art. Xi tfisser il-preżenza ta’ dan it-tejp?

A: Li hemm ilma tal-pjan kważi fil-wiċċ u allura jridu jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ma jisbruffax ilma

B: Li taħt it-tejp hemm kejbil tal-elettriku mirdum u għalhekk, jekk isir aktar skavar, għandu jsir b’aktar reqqa.

Ċ: Li taħt il-livell tat-tejp hemm ħamrija kkontaminata u għalhekk kull skavar għandu jieqaf

D: Li l-iskavar wasal f’punt li issa l-ħitan tat-trinka jridu jiġu mirfuda.

 

Minn min jistgħu jintużaw b’suċċess il-“Cable Avoidance Tool” (C.A.T) u “Genny” (generator) sabiex ikun magħruf fejn hemm kejbils taħt l-art?

A: Kulħadd

B: Persuna kompetenti wara li tingħata taħriġ

Ċ: Impjegat tal-kumpanija tal-elettriku

D: Il-formen tas-sit

 

Liema metodu ta’ skavar għandek tuża meta tkun trid tikxef kejbil tal-elettriku mirdum?

A: Gaffa bir-roti tal-lastiku

B: Fies

Ċ: Tħaffir bl-idejn

D: Jigger

 

Meta għandek tieħu prekawzjonijiet speċjali waqt xogħol viċin linji tal-elettriku fil-għoli?

A: Biss jekk qiegħed/qiegħda tuża krejn etċ

B: Biss jekk xi ħadd jista’ jmiss il-linji b’idejh/a

Ċ: Biss jekk il-makkinarju ser jgħaddi minn taħt il-linji

D: Kull meta x-xogħol li qiegħed isir jinstab taħt jew viċin il-linji

 

Meta tkun qiegħed/qiegħda taħdem waħdek:

A: Kun żgur li xi ħadd jaf fejn qiegħed/qiegħda

B: Tista’ tgħaddi mingħajr it-tagħmir protettiv personali

Ċ: Toqgħodx tinkwieta lil ħaddieħor bil-problemi tiegħek, ara kif issolvihom waħdek

D: Itfa’ headphones f’widnejk; hekk malajr tgħaddi l-ġurnata.

 

Fuq il-post tax-xogħol fejn taħdem ikollok bżonn taqsam bosta drabi minn naħa għal oħra. Kull meta tagħmel hekk ikollok toqgħod attent ħafna mit-traffiku li jkun għaddej fuq il-post. X’għandek tagħmel?

A: Kellem lix-xufiera

B: Għaddi mill-ġenb tal-post sabiex tevita t-traffiku

Ċ: Għid bil-periklu lill-imgħallem tiegħek

D: Sib l-ewwel vettura u irkbilha, aħjar milli taqla’ xi daqqa fit-triq

 

Xufier ta’ makkinarju jista’ jrikkbek jekk:

A: Trid tmur xi mkien ’il bogħod

B: Jekk tkun ix-xita

Ċ: Jekk għandu vettura maħsuba biex iġġorr lin-nies

D: Xħin irid

Short url:   http://multidict.net/cs/5997