This is a Clilstore unit. You can .
Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:
Fejn għandek tfittex għal parir uffiċjali dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ saħħa u sigurtà?
A: Is-sett ta’ linjigwida dwar saħħa u sigurtà pprovduti minn min jipprovdi servizz
B: Ir-regoli tas-Saħħa u s-Sigurtà skont kif imfassla minn min jimpjega
Ċ: Il-gwida maħruġa mill-Health and Safety Executive
D: Gwida dwar ir-regolamenti approvata professjonalment
Regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà f’siti ta’ kostruzzjoni:
A: Japplikaw biss għal ħaddiema mingħajr esperjenza
B: Ma japplikawx waqt xogħol barra l-ħin normali
Ċ: Japplikaw biss għal kumpaniji kbar
D: Huma mandatorji (jiġifieri obbligatorji)
Liema minn dawn id-dikjarazzjonijiet hi korretta?
A: Id-dmir tas-saħħa u s-sigurtà hu biss ta’ min iħaddem
B: L-impjegati kollha għandhom jieħu ħsieb biex jipproteġu mhux lilhom infushom biss imma wkoll lil sħabhom
Ċ: L-impjegati m’għandhomx responsabbiltà tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq sit
D: Il-klijent biss hu responsabbli mis-sigurtà fuq sit
Min minn dawn tistenna li hu responsabbli biex jimmaniġġa s-saħħa u s-sigurtà fuq sit?
A: Foremen
B: Min jimpjegak
Ċ: Sottokuntrattur ewlieni
D: Spettur tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà
Liema minn dawn hi korretta għal assessjar tar-riskju?
A: Hu idea tajba imma mhux essenzjali
B: Meħtieġ li jsir biss għal xogħol perikoluż
Ċ: Għandu jsir dejjem
D: Meħtieġ li jsir biss fuq xogħlijiet kbar
X’tifhem bit-terminu riskju meta ngħidu assessjar tar-riskju?
A: Kondizzjoni jew att perikoluż
B: Xi ħaġa li tista’ tikkawża korriment
Ċ: Kull xogħol li jista’ jissejjaħ perikoluż
D: Il-possibbiltà li tista’ tiġri ħsara minn periklu partikolari
Min tistenna li jagħmel assessjar tar-riskju fuq is-sit tax-xogħol tiegħek?
A: Il-kuntrattur
B: Spettur mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà
Ċ: Id-disinjatur tal-proġett ta’ kostruzzjoni
D: Persuna kompetenti
Xi jkun periklu?
A: Fejn hemm possibbiltà li jseħħ aċċident
B: Aċċident li mistenni li jseħħ
Ċ: Xi ħaġa bil-potenzjal li tikkawża ħsara
D: Il-possibbiltà li xi ħaġa tmur ħażin
X’għandu jsir qabel jinbeda xi xogħol?
A: Pjan ta’ emerġenza
B: Assessjar tar-riskju
Ċ: Assessjar tal-ħamrija
D: Studju ġeoloġiku
Kompli din is-sentenża: Assessjar tar-riskju:
A: hu biċċa karta mitluba mil-liġi
B: jevita l-aċċidenti
Ċ: hu mezz kif tanalizza x’jista’ jmur ħażin
D: ma tantx hu utli
Għaliex l-imgħallem jitolbok taqra d-dikjarazzjoni tal-metodu u l-assessjar tar-riskju qabel ma tibda biċċa xogħol ġdida?
A: Jaħseb li m’għandekx x’tagħmel aħjar
B: Fihom informazzjoni dwar kif għandek tagħmel biċċa xogħol mingħajr periklu
Ċ: Irid jara tifhimx dak li taqra
D: Minħabba li ħaddieħor ħa l-ħin u x-xogħol biex jiktibhom, ikun sew li int taqrahom
Xi jfissru s-sinjali blu u bojod tas-saħħa u s-sigurtà?
A: Affarijiet li għandek tagħmel
B: Fejn jinsab l-eqreb ħruġ ta’ sigurezza f’każ ta’ ħruq
Ċ: Il-perikli f’dik in-naħa
D: Affarijiet li m’għandekx tagħmel
X’lewn huma sinjali li jindikaw ħruġ ta’ sigurezza f’każ ta’ ħruq?
A: Ħodor u bojod
B: Ħomor u sofor
Ċ: Ħomor u bojod
D: Blu u bojod
X’inhu l-lewn ewlieni fuq sinjal tas-sigurtà li jindika li m’għandekx tagħmel xi ħaġa?
A: Blu
B: Aħdar
Ċ: Aħmar
D: Isfar
Ir-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà (Sinjali tas-Sigurtà) jeżiġu l-kodiċi tal-lwien tas-sinjali. Liema lwien huma użati fuq sinjal li jindika twissija, pereżempju “Periklu ta’ xokk tal-elettriku”?
A: Blu u abjad
B: Aħdar u abjad
Ċ: Isfar u iswed
D: Aħmar u abjad
Ir-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà (Sinjali tas-Sigurtà) jeżiġu l-kodiċi tal-lwien tas-sinjali tas-siġurtà. Liema lwien jintużaw fuq sinjal li jindika attività projbita, pereżempju “Tpejjipx”?
A: Aħdar u abjad
B: Aħmar, iswed u abjad
Ċ: Blu u abjad
D: Isfar u iswed
Ir-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà (Sinjali tas-Sigurtà) jeżiġu l-kodiċi tal-lwien tas-sinjali tas-siġurtà. Liema lwien huma użati fuq sinjal li jindika attività mandatorja, pereżempju “Ilbes elmu ta’ protezzjoni”?
A: Aħdar u abjad
B: Aħmar, iswed u abjad
Ċ: Blu u abjad
D: Isfar u iswed
Ir-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà (Sinjali tas-Sigurtà) jeżiġu l-kodiċi tal-lwien tas-sinjali tas-siġurtà. Liema lwien huma użati fuq sinjal li jindika kodizzjoni sigura, pereżempju “Kaxxa għall-ewwel għajnuna”?
A: Aħmar, iswed u abjad
B: Blu u abjad
Ċ: Isfar u iswed
D: Aħdar u abjad
Għalxiex għandhom isiru spezzjonijiet regolari tal-post tax-xogħol?
A: Biex tiċċekkja jekk l-ambjent tax-xogħol hux sigur
B: Biex tiċċekkja li l-impjegati kollha huma preżenti
Ċ: Biex tiċċekkja li kulħadd qiegħed jagħmel xogħlu
D: Biex tipprepara għal żjara mill-ispettur tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà
X’tista’ tagħmel biex tevita aċċidenti?
A: Tirrapportahomx
B: Kun af kif issejjaħ malajr għall-għajnuna
Ċ: Irrapporta kull kondizzjoni perikoluża
D: Kun af fejn tinsab il-kaxxa tal-ewwel għajnuna
Short url: http://multidict.net/cs/6039