This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Rappurtar ta’ Aċċidenti, URL tat-test tat-tieni parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

  • Il-ħtieġa li tirrapporta korrimenti, aċċidenti, ċertu mard u każijiet perikolużi lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà
  • Għalxiex għandek tirrapporta aċċidenti lill-imgħallem tiegħek
  • Il-ħtieġa li tniżżel fir-reġistru tal-aċċidenti kull aċċident li jikkawża xi korrimenti hu x’inhu
  • X’inhuma korrimenti li għandhom ikunu rrappurtati, każijiet perikolużi u mard li għandu jkun irrappurtat

 

Meta xi ħadd iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol, min għandu jniżżel id-dettalji fir-reġistru tal-aċċidenti?

A: L-imgħallem tal-persuna li weġġgħet

B: Il-persuna li weġġgħet jew xi ħadd f’isimhom

Ċ: Il-maniġer tas-sit jew inġinier

D: Min ra l-aċċident

 

Jekk ikollok aċċident żgħir fuq il-post tax-xogħol, min hu obbligat li jirrappurtah lill-maniġment tas-sit?

A: Xi xhud li ra l-aċċident

B: Il-pulizija, il-pumpiera tan-nar jew paramediċi li jkunu hemm

Ċ: Hi r-responsabbiltà tiegħek

D: Il-formen tas-sit għandu jirrappurtah

 

Kellek aċċident fuq il-post tax-xogħol li minħabba fih ma stajtx taħdem ix-xogħol normali tiegħek għal aktar minn sebat ijiem. Liema minn dawn l-azzjonijiet trid tittieħed minn min jimpjegak?

A: Is-servizzi tal-emerġenza jisseħju fuq il-post

B: Ikun infurmat l-isptar

Ċ: L-awtorità konċernata tkun infurmata

D: Isir tnaqqis mill-paga għall-ġranet mitlufa

 

L-isfrundar ta’ scaffolding hu notifikabbli biss lill-awtoritajiet konċernati bħala każ perikoluż li jmissu jkun rrappurtat meta l-iscaffolding hu:

A: Aktar minn 15-il metru għoli

B: Ta’ kwalunkwe għoli

Ċ: Aktar minn 10 metri għoli

D: Aktar minn 5 metri għoli

 

Jekk iseħħ aċċident fatali fuq il-post tax-xogħol, meta għandha tkun infurmata l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà?

A: Minnufih

B: Fi żmien 10 ijiem

Ċ: Fi żmien 7 ijiem

D: Fi żmien 5 ijiem

 

F’liema ċirkostanzi minn dawn għandu jiġi rreġistrat aċċident fir-reġistru tal-aċċidenti tas-sit?

A: Meta aċċident jikkawża ħsara lill-impjant jew l-apparat

B: Meta persuna jweġġa’ u jkollu jieqaf jaħdem għal aktar minn sebat ijiem

Ċ: Meta l-korriment hu tant serju li tkun meħtieġa l-ewwel għajnuna

D: Meta aċċident jikkawża korriment lill-impjegat waqt ix-xogħol

 

Liema minn dawn għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-aċċidenti?

A: Kull aċċident li joħloq xi ħsara

B: Kull aċċident li jikkawża korriment

Ċ: Aċċidenti li jikkawżaw korrimenti serji biss

D: Aċċidenti li jikkawżaw waqfien mix-xogħol

 

F’liema minn dawn iċ-ċirkostanzi għandhom aċċidenti li jweġġa’ xi ħadd fihom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-aċċidenti (BI 510)

A: Jekk tikser xi għadma biss

B: Jekk ikollok tieqaf mix-xogħol

Ċ: Kull meta jseħħu

D: Jekk ikollok bżonn tmur l-isptar biss.

 

Għandha ssir nota fir-reġistru tal-aċċidenti meta:

A: Il-persuna ilu li ħareġ bil-lif tal-mard għal aktar minn sebat ijiem

B: Il-Maniġment jidhirlu li hu xieraq

Ċ: Aċċident jikkawża korriment personali lill-impjegat

D: Is-severità tal-aċċident tista’ titlob li ssir kompensazzjoni

 

Liema minn dawn trid titniżżel fir-reġistru tal-aċċidenti wara li jkollok aċċident?

A: In-numru tas-Sigurtà Soċjali tiegħek

B: Id-data tat-twelid tiegħek

Ċ: Il-kariga tiegħek

D: In-numru tat-telefon tiegħek

 

Liema minn dawn tista’ titgħallem minn aċċident?

A: Taħlita ta’ żbalji umani u ħsarat fil-magni dejjem joħolqu korriment

B: Ideat kif tista’ tevita li jseħħ darba oħra

Ċ: Li ħsarat mekkaniċi huma l-aktar perikolużi

D: Kif żball uman huwa dejjem kawża minnhom

 

Tista’ nota mniżżla fir-reġistru tal-aċċidenti tgħinek, jekk aktar tard tagħmel talba għal kumpens?

A: Jekk ikun korriment serju biss

B: Le

Ċ: Jekk il-każ ikun fatali biss

D: Iva

 

Għalxiex hu importanti li tirrapporta aċċidenti li “għoddhom seħħew” lill-imgħallem tiegħek?

A: Dik hi l-liġi

B: Biex il-figuri jidhru tajbin fir-reġistru

Ċ: Sabiex jittieħdu l-lezzjonijiet ħalli jiġi evitat aċċident darba oħra

D: Sabiex xi ħadd jiġi ddixxiplinat

 

Lil min għandek tirrapporta aċċidenti serji?

A: Lil sieħbek

B: Lil min iħaddmek jew lill-imgħallem

Ċ: Lill-pulizija

D: Lil tal-ambulanza

 

X’inhu l-għan li ssir investigazzjoni ta’ aċċident?

A: Biex tiddetermina l-kawza/i u tevita aċċidenti simili

B: Biex tistabilixxi liema korrimenti ġġarrbu

Ċ: Biex issib min hu ħati

D: Biex tistabilixxi l-ispejjeż ta’ xi ħsara li tkun saret

 

Inti rajt aċċident serju fuq il-post tax-xogħol u ġejt intervistat mill-ispettur tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà. Għandek:

A: Tgħid lill-ispettur x’jgħidulek tgħidlu sħabek

B: Tistaqsi lill-imgħallem x’għandek tgħid lill-ispettur

Ċ: Tikkopera bis-sħiħ mal-ispettur u tgħidlu eżatt x’rajt

D: Ma tgħidlu xejn

 

Short url:   http://multidict.net/cs/6041