This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Rappurtar ta’ Aċċidenti, URL tat-test tal-ewwel parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

  • Il-ħtieġa li tirrapporta korrimenti, aċċidenti, ċertu mard u każijiet perikolużi lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà
  • Għalxiex għandek tirrapporta aċċidenti lill-imgħallem tiegħek
  • Il-ħtieġa li tniżżel fir-reġistru tal-aċċidenti kull aċċident li jikkawża xi korrimenti hu x’inhu
  • X’inhuma korrimenti li għandhom ikunu rrappurtati, każijiet perikolużi u mard li għandu jkun irrappurtat

 

X’għandek tara li tagħmel jekk tkorri waqt li tkun qiegħed terfa’ xi ħaġa?

A: Titħallas ta’ xogħlok

B: Tħalli bil-miktub il-korriment

Ċ: Titlob għall-għajnuna u tkompli taħdem

D: Titlaq ftit mix-xogħol

 

Għaliex għandu jiġi rrappurtat aċċident lill-awtoritajiet?

A: Jgħin lis-sit biex jidentifika x’ikkawża l-aċċident

B: Hu rekwiżit legali

Ċ: Biex il-maniġer tas-sit jara min għandu tort

D: Sabiex il-kumpanija tinżamm responsabbli

 

X’azzjoni immedjata għandek tieħu kemm-il darba tweġġa’ waqt li tkun iġġorr tagħbija?

A: Informa lit-tabib tiegħek li weġġajt

B: Għid lill-imgħallem jew min jimpjegak

Ċ: Għid lil sieħbek

D: Kompli aħdem mill-aħjar li tista’

 

Skont ir-regolamenti, liema minn dawn irid jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet konċernati?

A: Aċċidenti li min weġġa’ jixtieq jikklemja

B: Ksur ħlief għas-swaba’ tal-idejn u s-saqajn

Ċ: Anki meta għoddok intlaqatt minkejja li ħadd ma weġġa’

D: Kull aċċident li jikkawża korriment

 

Min minn dawn għandu l-awtorità li jeżamina reġistrazzjoni ta’ aċċident?

A: Spettur tas-Saħħa u s-Sigurtà

B: Kumpanija tal-assigurazzjoni

Ċ: Tabib

D: Sieħbek

 

Liema minn dawn għandu jitniżżel fir-reġistru tal-aċċidenti wara aċċident?

A: Id-data u l-ħin tal-aċċident

B: Id-data tat-twelid tiegħek

Ċ: Il-kondizzjonijiet tat-temp

D: In-numru tas-Sigurtà Soċjali tiegħek

 

Liema minn dawn jaħti għall-parti l-kbira tal-aċċidenti kull sena fuq siti ta’ kostruzzjoni?

A: Daqqiet minn vetturi

B: Xokkijiet

Ċ: Sfrundar ta’ trinek

D: Żliq, tfixkil f’xi ħaġa u waqgħat

 

Liema minn dawn mhix klassifikata bħala korriment speċifiku ta’ ħaddiem skont ir-regolamenti?

A: Ksur ta’ saba’

B: Ksur ta’ driegħ

Ċ: Ampjutazzjoni ta’ saba’

D: Ksur ta’ polz

 

Liema minn dawn għandek tagħmel jekk tara aċċident serju fuq il-post tax-xogħol?

A: Agħmel ta’ bir-ruħek li ma rajt xejn

B: Tgħid xejn li ma tidħolx fl-inkwiet

Ċ: Tħaddet ma’ sħabek x’għandek tagħmel

D: Għid lill-imgħallem x’rajt iseħħ

 

Sieħbek fuq il-post tax-xogħol qallek li ra aċċident il-ġurnata ta’ qabel u l-vittma ttieħed l-isptar. Staqsiek għal parir dwar x’għandu jagħmel. Inti tgħidlu:

A: Jitkellem mal-infermier/a tal-post tax-xogħol dwar dak li ra

B: Jgħid li ra dak li ġara lill-imgħallem tiegħu

Ċ: Iċempel l-isptar biex jara kif għadda dak li weġġa’

D: Ma jgħid xejn lil ħadd li ma jmurx idaħħal lil xi ħadd fl-inkwiet

 

Jekk ħaddiem iweġġa’ minħabba aċċident fuq il-post tax-xogħol li jħallih inkapaċi għax-xogħol għal numru ta’ ġranet, dan l-aċċident għandu jkun irrappurtat Lill-Awtorita tas-Saħħa u s-Sigurta skond il-liġi.  Kemm huma l-ġranet ta’ invalidita li titlob il-liġi?

A: Aktar minn ġurnata

B: Aktar minn tlett ijiem konsekuttivi

Ċ: Aktar minn nofstanhar

D: Aktar minn jumejn konsekuttivi

 

X’għandu jagħmel imgħallem bir-rekords tal-aċċidenti wara t-tlestija ta’ proġett ta’ kostruzzjoni?

A: Jintbagħtu lill-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà

B: Jinqerdu fuq is-sit ma’ dokumenti oħra bla importanza

Ċ: Jinżammu mħarsa mill-imgħallem

D: Jintbagħtu lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-imgħallem

 

Lil min għandek tagħmel rapport ta’ każ perikoluż fuq il-post tax-xogħol?

A: Is-servizzi tal-emerġenza

B: L-imgħallem tiegħek jew min jimpjegak

Ċ: Impjegat ieħor

D: Il-klijent tal-proġett

 

Wara kemm żmien għandha tkun infurmata l-Awtorita tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol, f’każ ta’ aċċident fuq il-post tax-xogħol?

 

A: Wara ħamest ijiem

B: Wara 48 siegħa

C: Mal-ewwel

D: Fi żmien 24 siegħa

 

Aċċidenti li jikkawżaw korriment għandhom ikunu rreġistrati fil:

A: Fir-reġistru tal-inġinier tas-sit

B: Fis-sistema tar-reġistrar tal-aċċidenti ta’ min jimpjegak

Ċ: Fid-djarju tiegħek

D: Fid-djarju tal-kuntrattur ewlieni

 

Liema minn dawn hi klassifikata bħala marda kkawżata mill-post tax-xogħol li jmissha tkun irrappurtata?

A: Marda tal-moħħ

B: Ażżma

Ċ: Ampjutazzjoni

D: Influwenza

Short url:   https://multidict.net/cs/6040